1. 25XJENZA 14|08|2016kullhadd.com
CLAYTON
CUTAJAR
B.Ed (Hons.), M.Ed. fix-Xjenzi
Waħda mill-aktar affarijiet
importanti għall-annimali hi
s-sopravivenza. Fis-selvaġġ,
l-annimali jagħmlu minn kollox
sabiex isibu l-ikel, ikollhom
iż-żgħar, jipproteġuhom u,
fl-aħħar mill-aħħar, sabiex
jibqgħu ħajjin huma stess.
Dawk l-annimali li huma l-aktar
adattati għall- ambjent li jgħixu
fih, hemm ċans li jkollhom
aktar suċċess f’dan kollu. Hawn
diversi annimali li saħansitra
jqarrqu bl-annimali l-oħra
sabiex jipproteġu ruħhom
jew sabiex jattiraw lill-priża
tagħhom. Dan ħafna drabi
jagħmluh billi jimitaw annimali
aktar perikolużi minnhom
jew lill-priża stess, kemm fl-
apparenza, f’xi ħoss jew f’xi
ċaqliq permezz ta’ mimicry.
Hawndiversiannimalilijqarrqu
b’annimali oħra permezz tal-
apparenza tagħhom. Eżempju
ċar ta’ dan hu dak tal-owl butterfly
li, meta jilmaħ jew iħoss xi
predatur fil-viċinanzi tiegħu,
jiftaħ ġwinħajh u permezz ta’
disinni jifforma wiċċ ta’ kokka.
Dan it-tip ta’ xebh isir bejn żewġ
annimali fejn wieħed minnhom
biss hu mgħammar b’affarijiet
li jipproteġuh. F’dan il-każ
partikolari, il-predaturi tal-
farfett huma l-għasafar. Meta
xi għasfur ikun qiegħed itir fuq
dan il-farfett u taħtu jara forma
li tixbah ħafna l-wiċċ ta’ kokka,
dan jibqa’ għaddej mingħajr ma
jagħti s-salt għall-farfett.
Numru ta’ annimali oħra
maż-żmien evolvew b’tali
mod li ġisimhom ġie jixbah
ħafna lil dak ta’ xi speċi
oħra mgħammra b’velenu
jew xewk għall-protezzjoni.
Numru kbir ta’ kamla (moths)
evolvew b’tali forma, ħsejjes u
saħansitra kuluri li jixbhu liż-
żnażan. Dawn tal-aħħar huma
mgħammra b’xewk u b’attitudni
aktar aggressiva minn dik tal-
kamla. Hemm ukoll xi sriep li
mhumiex velenużi u li evolvew
b’tali kuluri li jixbhu sriep oħra
velenużi. Fl-Amerika, il-king
snake mhuwiex serp velenuż,
però fl-għamla u fil-kuluri
jixbah ħafna lil serp ieħor
velenuż magħruf bħala l-coral
snake. Teżisti wkoll taqbila
sabiex tgħin lin-nies jagħrfu
bejn dawn it-tnejn li tgħid hekk:
Red and yellow, kill a fellow; red and
black, friend of Jack.
Jeżistu wkoll numru sostanzjali
ta’ eżempji oħra ta’ mimicry,
speċjalment fl-insetti. Jekk
wieħed jieħu l-fawna lokali
jirrealizza li, fost l-insetti, il-
kuluri jgħajtu, speċjalment
l-aħmar, huma komuni f’aktar
minn speċi waħda. Dawn
il-kuluri jgħajtu fl-annimali
għandhom messaġġ marbut
magħhom – dak ta’ twissija.
Ħafna drabi dawn l-insetti
jkollhom kimiki li jagħmlu xi
tip ta’ ħsara lill-annimali l-oħra
li jikluhom. Jista’ jkun ukoll li
l-kulur qiegħed iwissi periklu
għax l-insett partikolari hu
aggressiv. L-insett magħruf
bħala s-suldat kif ukoll dak
magħruf bħala s-seffud tal-
ġamar għandhom kuluri ħomor
jgħajtu ta’ twissija. Bħalhom
għandha wkoll in-nannakola u
dawn ilkoll għandhom kuluri
jkanġu fl-aħmar. Dan hu tip
ta’ mimicry fejn diversi speċi
jevolvu b’kuluri jew apparenzi
simili sabiex isaħħu l-messaġġ
ta’ twissija u għalhekk
jassiguraw aktar protezzjoni
lejn l-individwi tagħhom.
Dan il-qerq fl-annimali jintuża
għal ħafna skopijiet oħra. Fir-
rainforests, ċertu fireflies femminili
mill-ġeneru Photuris jipproduċu
l-istess tip ta’ dawl bl-istess
frekwenza preċisa bħal nisa ta’
speċi oħra mill-ġeneru Photinus.
Metal-irġielmill-ġeneruPhotinus
jilmħu dan id-dawl u teptip
speċifiku, jitilqu minnufih lejh
mingħalihom li se jsibu l-mara
tal-istess ġeneru tagħhom, però,
minflok, isibu mara tal-ġeneru
l-ieħor li hi pjuttost akbar u
aggressiva u tispiċċa tikolhom.
F’dan il-każ partikolari dawn
l-irġiel huma sors ta’ kimika
importanti li żżomm lil wieħed
mill-predaturi tagħhom – il-
brimb – ’il bogħod. Jekk hawn
min qiegħda taħarqu qalbu
għal dawn il-fireflies irġiel,
nistgħu nibqgħu ċerti li fis-
selvaġġ diffiċli nsibu annimali
b’attitudni altruwista. Fil-fatt,
l-istess irġiel jużaw tip ta’ qerq
ieħor sabiex jattiraw lin-nisa.
Dawn evolvew b’tali mod li
jteptpu tip ta’ dawl u saħansitra
jtiru f’ċertu għoli bħal xi insetti
oħra li huma priża tal-fireflies. In-
nisa jersqu lejhom mingħalihom
li se jsibu l-ikla tagħhom u
minflok isibu individwu raġel
lest għat-tgħammir.
Kif għedna fil-bidu, dan kollu
jsir sabiex l-annimali jassiguraw
is-sopravivenza tagħhom. Maż-
żmien evolvew tali karatteristiċi
jew attitudnijiet li jagħtuhom
vantaġġ fuq annimali oħra.
Dawn allura jirnexxilhom
jibqgħu ħajjin għal aktar żmien,
jgħammru u jkollhom iż-żgħar.
B’hekk dawn il-karatteristiċi
vantaġġjużi jibqgħu jintirtu
minn ġenerazzjoni għal oħra
u saħansitra dejjem jirfinaw
skont kif jinbidel l-ambjent
li jgħixu fih. Dawk l-annimali
li ma jkollomx karatteristiċi
vantaġġjużi, sfortunatament
maż-żmien dejjem jonqsu fin-
numru u saħansitra jistgħu jiġu
estinti.
IL-QERQ BEJN L-ANNIMALI